Il-Prim Ministru Justin Trudeau sejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija fil-Kanada, propju meta l-pajjiż qed jara żieda qawwija ta’ każijiet pożittivi tal-covid-19.
l-Elezzjoni Ġenerali se ssir sentejn qabel, fl-għoxrin ta’ Settembru li ġej.
Għal dan il-Prim Ministru qal li l-Kanadiżi jridu jagħżlu kif u min irid jispiċċa l-ġlieda kontra l-pandemija tal-Coronavirus.
F’Ottubru tal-2019 Trudeau kellu minoranza u għalhekk ried iserraħ fuq partiti mill-oppożizzjoni sabiex tgħaddi l-aġenda tiegħu mill-Parlament.