Il-Prim Ministru Justin Trudeau keċċa lill-ambaxxatura Kanadiż għaċ-Ċina John McCallum.
Dan wara kummenti kontroversjali li għamel b’rabta ma’ każ ta’ estradizzjoni li jinvolvi persuna f’kariga eżekuttiva għolja tal-kumpanija ġiganteska Huawei.
Jidher li l-Kap Uffiċjal Finanzjarju tal-istess kumpanija huwa akkużat mill-Istati Uniti li evadiet is-sanjonijiet tal-Iran.
Madankollu kemm l-istess persuna kif ukoll il-kumpanija ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet.