Justin Trudeau ħabbar li se jirriżenja minn Prim Ministru u minn mexxej tal-Partit Liberali malli jinħatar xi ħadd minfloku fit-tmexxija tal-partit. Huwa kien ilu disa’ snin fit-tmexxija tal-pajjiż.
Huwa qed jirriżenja fi sfond ta’ kriżi fil-Gvern tiegħu u r-rata baxxa fil-fiduċja tiegħu fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika.
Din ir-riżenja ġrat wara r-riżenja mhux mistennja tal-Ministru għall-Finanzi Chrystia Freeland.
Fid-diskors tiegħu, Trudeau qal li l-pajjiż huwa aħjar milli kien fl-2015, is-sena meta sar Prim Ministru.