Justin Caruana Scicluna ta prestazzjoni impressjonanti matul it-turnament biex ħareġ rebbieħ den.
Wara li kkwalifika fir-raba’ post wara Dennis Mercieca, Matthew Magro u Damian Pisani, Caruana
Scicluna spara l-fuq sa l-ewwel post fir-Round Robin b‘medja rekord ta ‘ 242 fuq 5 logħbiet, fejn
titlef biss logħba waħda kontra Magro fil-proċess. Magro spiċċa fit-2 post quddiem Mercieca, u
għelbu fis-semifinali biex jiffaċcja lil Caruana Scicluna fil-finali. Magro baqa għaddej tajjeb fejn
lagħab logħba brillanti ta’ 276 kontra 228 ta’ Caruana Scicluna fl-ewwel logħba, biex sforza decider.
Din kienet taqtigħa sal-aħħar frame, fejn Magro kellu bżonn 3 strikes iżda falla t-tieni wieħed biex
b’hekk Caruana Scicluna rebaħ 258 kontra 245. Matthew Howard u Mark Spiteri spiċċaw fil-ħames u
s-sitt post rispettivament minn 33 kompetitur.
Fl-kompetizzjoni tan-nisa, Cynthia Frendo Duca kienet ikkwalifikat fit-3 post wara Sue Abela u
Sarah Xuereb. Imbagħad rebħet 4 minn 5 logħbiet fir-Round Robin biex tikkwalifika għall-finali fl’ 1
post, quddiem Abela u Tiziana Carannante. Carannante rnexxiela telgheb lil Abela fis- semi-finali
(188-183) biex b’hekk iffaċċjat lil Frendo Duca. Carannante rnexxielha tegħleb il-Frendo Duca
fl-ewwel logħba (173-177) iżda mbagħad Frendo Duca rebħet lil Carannante fid-decider biex ħarġet
rebbieha tat-Tazza. Joanna Attard, Sara Xuereb u Melissa Swift spiċċaw fl-4, il-5 u s-6 post
rispettivament.