Fil-ħin li ġej se tkun idirizzata konferenza tal-aħbarijiet, bil-kelliema se jkunu Jean Claude Juncker u l-Prim Ministru Malti. Dawn se jkunu qed iwieġbu għad-domandi tal-ġurnalisti preżenti.
Fi Brussell il-Kabinett tal-Ministri qed jiltaqa’ f’diskussjonijiet dwar il-Presidenza Ewropeja. Filwaqt li aktar kmieni l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-kontinġent Malti kien milquh mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, aktar tard ingħata merħba minn Jean Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru kellu laqgħat mal-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz u mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk.
Iż-żewġ laqgħat iffukaw fuq il-Presidenza ta’ Malta u l-Malta Summit li se jsir fi Frar.
Iż-żewġ Presidenti ngħataw informazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija. Ġew diskussi issues li jolqtu l-Unjoni Ewropea bħas-sigurtà, l-immigrazzjoni kif ukoll Brexit.
Kien hemm ukoll diskussjonijiet dwar l-għanijiet tas-Summit f’Malta.
Il-Prim Ministru huwa akkumpanjat f’dawn il-laqgħat mid-Deputat Prim Ministru Louis Grech.
Fi Brussell mistennija wkoll li jkunu iffinalizzat il-programmi u l-prijoritajiet għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew.