M’iniex sorpriż bl-eżitu tal-inkjesta dwar Egrant
Kliem il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker li mal-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali qal li jħares ‘il quddiem biex ikompli jaħdem mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Wara li l-aħbar li Egrant hija gidba ċċertifikata ġriet mal-erbat irjieħ tad-dinja permezz tal-mezzi tax-xandir, komplew jitkellmu wkoll il-politiċi.
Kelliema għal Juncker żiedet tgħid li l-President tal-Kummissjoni Ewropea iħares ‘il quddiem li jkompli jaħdem mal-ħabib tiegħu, Joseph Muscat.
Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej ukoll tkellem ukoll dwar l-inkjesta Egrant u filwaqt li qal li jilqa’ l-inkjesta żied li huwa ta’ tħassib u xokkanti li esperti internazzjonali sabu li kienu ffalsifikati d-dokumenti u l-firem biex sar l-attakk fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat.