Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li m’hemm ebda raġuni għaliex wieħed jistenna sa’ Ottubru, meta jinstab Prim Minsitru Ingliż ieħor minflok David Cameron, biex jibdew in-negozjati għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Juncker kien qed jitkellem mal-istazzjon televiżiv Ġermaniż ARD meta qal li jixtieq li jibdew in-negozjati b’mod immedjat.
Il-membri li oriġinarjament bdew l-Unjoni Ewropea: il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Italja u l-Belġju, jiltaqgħu llum biex jiddiskutu l-futur tal-Ewropa mingħajr ir-Renju Unit.
Juncker insista li kwalunkwe dewmien se jkompli jżir l-inċertezza. “Għandna regoli biex naġixxu b’mod strutturat f’każijiet bħal dawn” insista Juncker.
Qal ukoll li l-Unjoni mhix se tkun ostaġġ sakemm it-Tories Ingliżi joqdu jiddeċiedu fuq min se jkun il-mexxej il-ġdid.