Jumejn wara li tħabbru, il-miżuri ta’ restrizzjonijiet kontra l-Covid-19 u qal li jaqbel magħhom, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech issa qal li dawn il-miżuri ttieħdu ta’ malajr.
F’intervista fuq ir-radju tal-partit tiegħu, Bernard Grech kritika l-miżuri li ttieħdu mill-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa taħt it-tmexxija tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Bernard Grech qal, “Qed jittieħdu miżuri ta’ malajr.”
Iżda sa jumejn ilu qal mod ieħor dwar il-miżuri favur it-trażżin tal-imxija.
Bernard Grech kien stqarr: “Iva dawn il-miżuri għandhom isiru u huma neċessarji.”
Meta kien mistoqsi: “Taqbel magħhom?”
Hu wieġeb: “Naqbel u hemm bżonnhom.”
Fl-intervista fuq ir-radju, Bernard Grech infexx jattakka lill-Prim Ministru u qal li dan qed jilgħab għas-simpatija.
Ma naqasx li jgħaddi kummenti politiċi dwar il-Covid-19 iżda naqas isemmi x’kien jagħmel hu f’pandemija.
Dan bħalma f’intervista sħiħa ma għamel l-ebda referenza għall-iskandlu żvelat dwar Jason Azzopardi, li ma ddikjarax id-dħul tiegħu għall-ħlas tat-taxxa.