‘Bonsai’ bil-Ġappuniż tfisser ‘pjanti ġo platt ċatt’ – u hekk huma litteralment.
L-għan oriġinali ta’ dawn il-pjanti minuskoli kien li jġiegħlu lil min iħares lejhom jirrifletti, u lil min ikabbarhom jagħmel sforz pożittiv. Il-Bonsai jissimbolizzaw eżerċizzju ta’ paċenzja u formazzjoni.
Eżerċizzju li wieħed jista’ jarah fil-Furjana, hekk kif il-Bonsai Culture Group qed jorganizza wirja illum u għada.