Dan huwa jum ta’ dieqa għal Malta, ir-Renju Unit, u l-Ewropa, iżda dan huwa l-aħjar ftehim li seta’ jintlaħaq biex jirrispetta d-deċiżjoni tal-poplu Ingliż.
Kien b’dan il-mod li l-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva d-deċiżjoni tal-EU27, li aktar kmieni l-Ħadd approva b’mod unanimu l-ftehim dwar Brexit waqt summit straordinarju fi Brussell.
Fi tweet, il-Prim Ministru Muscat qal li issa, il-pass li jmiss huwa li n-negozjatu ewlieni għal Brexit, Michel Barnier, imexxi lit-tim tiegħu f’negozjati iebsa għal relazzjoni ambizzjuża fil-futur bejn iż-żewġ partijiet.
Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ħabbar li l-EU27 laħqtu ftehim dwar Brexit wara anqas minn siegħa ta’ diskussjoni.
It is a sad day for #Malta, #UK & #Europe, but this is the best deal can aspire to given British people’s sovereign decision.We look forward to @MichelBarnier leading his excellent team through an even harder negotiation on ambitious future relationship -JM #EUCO #Brexit pic.twitter.com/UGXvTdZYcR
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) November 25, 2018