L-Ispeaker tal-kamra l-Onorevoli Anglu Farrugia f’kumment li ta lil ONE News qal li jinsab ferħan li s-sens komun beda jirbaħ għaliex primarjament fil-parlament il-membri jattendu wara li jkunu diġà eżawriti b’ġurnata xogħol. Għalhekk b’din ir-riforma li se tibda tkun fis-seħħ minn issa ‘l quddiem, membri li jkunu b’familja kif ukoll single parents igawdu minn dan. Il-Parlament se jibda jkun fl-16.00 kull nhar ta ‘erbgħa.
L-Onorevoli Farrugia sostna li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba fejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni qablu li jibdew bil-ġurnata tal-Erbgha. Ħeġġeġ li rridu nimxu iżjed ‘il quddiem u sostna li anke nhar ta’ Tnejn u Tlieta, il-parlament għandu jibda fl-16.00pm jekk mhux qabel. Min għandu professjoni irid jara li jsib bilanċ u ma jarax l-interess personali l-ewwel għaliex il-Parlament huwa suprem.