Jum San Valentinu b’differenza għal 13-il koppja omosesswali fil-Ġappun, hekk kif ingħaqdu flimkien u ħadu azzjoni legali kontra l-Gvern fejn talbu għad-dritt biex jiżżewġu.
Huma argumentaw li l-fatt li qed jiġu mċaħħda milli jiżżewġu, jikser id-drittijiet kostituzzjonali tagħhom.
Jekk il-Qrati Ġappuniżi jaqblu magħhom, ikun ifisser li żwieġ bejn persuni tal-istess sess isir legali fil-pajjiż.
Il-Ġappun huwa l-uniku pajjiż tal-G7 li ma jħallix żwieġ bejn koppji omosesswali.