Illum, festa pubblika, Malta qed tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp.
Mijiet mistennija jaqsmu l-fliegu u jqattgħu din il-ġurnata f’Għawdex, b’oħrajn se jitilgħu r-Rabat għall-festa mill-isbaħ li jafu jofrru r-Rabtin. Hemmek wieħed jista’ jixtri l-famużi żeppoli li tant huma famużi f’dawn il-jiem.
Hekk kif ninsabu ftit jiem ‘il bogħod mill-akbar ġimgħa għall-Knisja Kattolika Rumana, dik tal-Ġimgħa Mqaddsa, illum bosta jagħżlu wkoll li jżuru xi wirja marbuta ma’ dan iż-żmien li għamlu b’tant dedikazzjoni l-għaqdiet fl-irħula u l-ibliet jew dawk ippassjonati fuq dan.
It-temp hu sabiħ ukoll sabiex illum wieħed ikun jista’ jmur mixja fil-pajsaġġ Malti.
Il-Prim Ministru wkoll żar din il-festa fejn hemmek iltaqa’ man-nies.
Minn qalbna nawguraw il-festa t-tajba lill-Ġużeppini kollha.