Illum Jum l-Ewropa – jum li jimmarka l-anniversarju tad-dikjarazzjoni Schuman.
F’diskorsi f’Pariġi fl-1950, il-Franċiż Robert Schuman li dak iż-żmien kien Ministru tal-Affarijiet Barranin, ikkomunika l-ħolma tiegħu għall-koperazzjoni politika fost pajjiżi Ewropej.
Għaqda li għamlet il-gwerra bejn nazzjonijiet Ewropa ħaġa tal-passat.
L-Uffiċju tal-Parlament Ewropew f’Malta llum wassal il-messaġġ tal-jum permezz ta’ dan il-filmat.