Bosta persuni ddeċiedew li jbakkru kmieni biex ikunu minn ta’ quddiem fil-kju ta’ diversi stabbilimenti.
Dan biex igawdu minn prezzijiet mhux tas-soltu fil-jum li huwa magħruf bħala Black Friday.
Black Friday oriġinat fl-Istati Uniti propju l-għada tal-jum imsejjaħ ‘Thanks Giving’. Dan kien jum li fih immorru jixtru biex il-poplu jħossu tajjeb u jagħti rigal lilu nnifsu.
Iżda maż-żmien dan il-jum spiċċa jinkludi ġlied fuq prodotti għaliex kulħadd ikun irid jieħu l-aqwa prodott. B’hekk beda jissejjaħ ‘black friday’.