Jum ir-Repubblika huwa l-jum li l-poplu Malti u Għawdxi jħoss li hu tiegħu. Stqarr dan il-Prim Ministru Joseph Muscat meta mal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fakkru dan il-jum quddiem il-monument iddedikat lill-Jum ir-Repubblika.
Joseph Muscat qal li kull sena jiġi ż-żmien li nfakkru Jum ir-Repubblika bi kburija, il-jum meta l-poplu Malti ingħaqad u sab il-milja u l-ideal tiegħu bien jimxi ‘il quddiem.
Il-Prim Ministru qal li l-lejl tat-tlettax ta’ Diċembru tal-1974 kien l-ispunt li minn hemm nbena pajjiż mibni fuq il-prinċipji tal-bżulija, kburija u l-ugwaljanza.