Filmat imħejji mill-Partit Laburista fl-okażżjoni tal-45 sena minn meta Malta saret Repubblika fl-1974, juri lill-Perit Dom Mintoff jieħu l-ħatra bħala l-ewwel Prim Ministru tar-Repubblika Maltija.
Wara Sir Anthony Mamo jidher fil-gallerija tal-Palazz tal-President fil-Belt Valletta jindirizza lin-nies u jgħid kif għadu kemm ħalef li ser iqiegħed lilu nnifsu għas-servizz tal-poplu bħala l-ewwel Kap ta’ Stat Malti.
Il-filmat ikompli juri kif ispirat minn Gvern Laburista l-Parlament kien kważi kollu favur Kostituzzjoni Repubblikana.
Sir Anthony Mamo spiċċa d-diskors billi qal li l-interess tal-pajjiż għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox.