Boris Johnson se jibda l-proċess biex jifforma l-gvern tiegħu iktar tard illum, wara li jieħu post Theresa May bħala Prim Ministru Ingliż.
Il-mexxej Konservattiv ġdid se jieħu l-ħatra llum waranofsinhar wara li jkollu laqgħa mar-Reġina fil-Palazz ta’ Buckingham.
Hekk kif jidħol f’Downing Street, huwa mistenni jħabbar il-kabinett tiegħu, b’sorsi ta’ BBC jgħidu li l-ogħla grupp tiegħu se jirrifletti Brittanja moderna.
Qed jingħad ukoll li se juża din l-opportunità biex iżied in-numru ta’ nisa fil-kabinett, filwaqt li jżied ir-rappreżentanza ta’ minoritajiet etniċi.
Johnson rebaħ vot deċiżiv fuq is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Jeremy Hunt f’votazzjoni li saret bejn il-Konsevattivi, b’Johnson jirbaħ iktar minn 66 % tal-voti.
Jinsabu għaddejjin ukoll taħdidiet bejn Hunt u Johnson biex ikun stabbiliet l-irwol li jmiss ta’ Hunt.