Illum Jum il-Votazzjoni fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex.
Il-votazzjoni miftuħa mis-7:00 a.m. sal-10:00 p.m.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mat-370,184 persuna huma eliġibbli biex jivvotaw fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fejn iridu jiġu eletti sitt kandidati.
457,343 persuna huma eliġibbli biex jivvotaw fl-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Dawk li jeħtieġu assistenza biex jivvotaw, dan hu possibbli, filwaqt li anzjani u persuni li se jsiefru matul il-jum, jistgħu jivvotaw u ma joqogħdux fil-kju.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/06/08071027/WhatsApp-Image-2024-06-08-at-07.01.39-1024x768.jpeg)