Wara li l-bieraħ, l-Insara madwar id-dinja fakkru l-festa tal-qaddisin kollha, illum niftakru fil-mejtin kollha. It-2 ta’ Novembru sa mill-imgħoddi magħruf bħala l-Għid tal-Imwiet jew tal-Erwieħ.
Biswit iċ-ċimiterji, l-aktar dawk ewlenin fosthom dak tal-Addolorata f’Raħal Ġdid, għadd ta’ bejjiegħa tal-fjuri jintasbu jbiegħu ward u fjuri ta’ kull xorta. F’dan ix-xahar iċ-ċimiterji jkunu mballati bi qraba ta’ dawk li m’għadhomx f’din id-dinja.
Dari, f’din il-ġurnata l-qassis kien iqaddes tliet quddisiet waħda kienet tkun offruta għall-erwieħ, oħra għall-bżonnijiet tal-Papa u oħra għas-saċerdot innifsu. Drawwa minn Spanja, li pajjiżna kien wiret wkoll.
Ta’ kull sena fit-tieni jum ta’ Novembru, il-Knisja Kattolika tfakkar il-memorja ta’ dawk kollha li jkunu ħallewna.
Kru mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE news sebaħ qrib iċ-ċimiterju tal-Addolorata fejn tkellem ma’ wħud li nzertaw marru jiftakru fl-għeżież tagħhom mejtin b’sinjal ta’ rispett.
Imma xi tfisser għalihom din il-ġurnata tat-2 ta’ Novembru?