L-ewwel ta’ Mejju huwa jum sinifikattiv għall-Partit Laburista. Dis-sena mhux b’inqas.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu jingħata bidu għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq il-Partit Laburista bit-tema ‘Malta Flimkien’, li se tkun magħġuna b’logħob mad-deputati tal-Partit Laburista, spettaklu, divertiment, diskussjoni, u ħafna iżjed.
Din il-maratona se tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjonijiet ONE miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Il-qofol ta’ dan il-jum jintlaħaq fit-tlieta ta’ wara nofsinhar waqt iċ-ċelebrazzjoni fi Pjazza Kastilja, il-Belt, b’diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.
Wara ċ-ċelebrazzjoni titkompla l-Maratona Ġbir ta’ Fondi, li tibqa’ għaddejja sa tard filgħaxija.