Hekk kif illum, id-dinja u b’mod partikolari r-Renju Unit, issellem lir-Reġina Eliżabetta II, ONE iwassal programm speċjali. Mill-10am ‘l quddiem ONE jingħaqad f’din it-tislima, b’filmati u b’kummentarju ta’ dak li jkun qed jiġri fil-kapitali tar-Renju Unit.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/09/19094612/WhatsApp-Image-2022-09-19-at-9.31.13-AM.jpeg)
Fi Studio numru 4 tal-istazzjon ONE, Antoinette Falzon u Anton Falzon jilqgħu diversi mistieden li bir-rakkonti u bl-esperjenzi tagħhom jagħtu stampa dwar ir-Reġina Eliżabetta II. Dan huwa servizz ieħor li ONE qed iwassal għas-segwaċi tiegħu. Il-programm speċjali mistenni jintemm għal ħin tal-5pm (ħin lokali) hekk kif jintemm il-funeral.