Fil-ġurnata ddedikata għall-mard mentali, is-sinjura Michelle Muscat żaret swali ġewwa Mount Carmel. Hija tkelmet mal-pazjenti fil-kmamar tagħhom kif ukoll qasmet xi rigali.
Ftit tax-xhur ilu, dawn is-swali għaddew minn proġett ta’ tisbiħ, b’sala partikolari titranġa grazzi għall-għajnuna mill-Fondazzjoni Marigold. Saret ukoll sala apposta għat-tfal.
Intant, wara Michelle Muscat żaret l-uffiċini tal-Victim Support Malta li qed jikkordinaw programm ġdid għall-prevenzjoni tas-suwiċidju bl-isem ta’ ‘SPOT’.