Dan kien il-mument li ajruplan tal-Air Malta rifes ir-runway tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ftit mumenti qabel bdew neżlin aktar minn mitt turist mir-Repubblika Ċeka.
Mill-bidu ta’ dan ix-xahar, l-ajruport fetaħ b’mod uffiċjali għat-turiżmu b’mod sigur fejn fi żjara esklussiva fuq ir-runaway tal-mitjar stajna ninnutaw ferm iżjed attività minn dak li konna mdorrijin biha fl-aħħar xhur.
Dan l-istazzjon staqsa lit-turisti Ċeki x’wassalhom li għażlu lil Malta minn tant pajjiżi.
Ilkoll kelma waħda, li pajjiżna hu wieħed sigur, b’rata baxxa ta’ infezzjonijiet. Dawk li tkellimna magħhom qalulna:
- “Yes of course I’m quite sure that we will be safe.”
- “Yeah I feel safe here.”
- “Yeah I think it is, otherwise I wouldn’t be here.”
- “Well I feel safe.”
- “Yeah I think I’m safe.”
- “Yes I feel safe.”
Fid-dawl li Malta hija l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li laħqet l-immunità għall-virus tal-Covid-19, spikkaw dawn il-kummenti:
- “I heard that 70% of Malta, the people are vaccinated.”
- “Yeah because I have my PCR test and Malta is 70% vaccinated so I feel safe.”
Intant il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru spjega kif b’dan il-ftuħ kawt, l-Air Malta qiegħda terġa tirranka għas-sajf li ġej.
Is-Sur Gauci stqarr: “Id-domanda hija miż-żewġ naħat, kemm min-naħa tal-wasliet jiġifieri turisti ġejjin Malta, kif ukoll bħala Maltin li jridu jsiefru. Illum it-titjiriet kollha tagħna ġejjin kollha kważi mimlijin u dan jawgura tajjeb għall-futur u l-ġejjieni ta’ das-sajf.”
Dan is-sens ta’ ottimiżmu huwa wieħed li qiegħed jiġi rifless mad-diversi oqsma tal-ekonomija Maltija, b’mod speċjali wara l-ftuħ ta’ aktar stabbilimenti u l-introduzzjoni taċ-ċertifikat tal-vaċċin li se jassigura vjaġġar lejn u minn Malta aktar sigur.