Julian Spiteri huwa ż-żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħ’Attard li tilef ħajtu b’mod traġiku l-Ħadd filgħodu fl-Imdina.
Il-ġuvni tilef ħajtu għall-ħabta tal-11:00 ta’ dalgħodu fi Triq tal-Infetti meta kien qed isuq karozza tat-tip Volkswagen u baqa’ dieħel ġo siġra.
Flimkien ma’ Spiteri, kien hemm passiġġier li għandu wkoll 19-il sena u jgħix Ħ’Attard, li ġarrab ġrieħi gravi.
Iż-żewġ żgħażagħ ingħataw l-ewwel għajnuna fuq il-post, iżda sfortunament Spiteri tilef ħajtu.
Fuq Facebook, kienu diversi ħbieb ta’ Julian Spiteri, li esprimew is-sogħba tagħhom għal mewta traġika tiegħu. Sħabu ddeskrivewh bħala persuna unika u li kellu karattru sabiħ.
Julian kien qed jistudja l-liġi ġewwa l-Università ta’ Malta, qabel attenda ġewwa l-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u kien magħruf li jieħdu sehem fl-attiviżmu studentesk. L-għaqdiet studenteski tal-liġi fl-Università ta’ Malta, l-Għaqda Studenti tal-Liġi, l-ELSA u l-Junior Chamber of Advocates esprimew id-diqa tagħhom għat-telfa tal-ħabib tagħhom. It-tliet għaqdiet awguraw fejqan ta’ malajr liż-żgħażagħ l-ieħor li kien involut f’dan l-inċident.
Julia kien iħobb l-isport tal-futbol, hekk kif kien mat-tim tal-amateurs, Balluta Barracudas.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/04/18/julian-spiteri-huwa-z-zaghzugh-ta-19-il-sena-li-tilef-hajtu-fincident-tat-traffiku-fl-imdina/