F’għeluq il-ħamsa u għoxrin anniversarju tal-Għaxaq Music Festival din is-sena se jilqa’ fih lil Julian Marley & The Uprising, li hu l-grupp li rebaħ Grammy Award din is-sena, fost artisti oħrajn.
Dawn se jkunu qed jieħdu sehem fis-serata tal-24 ta’ Lulju biex, imbagħad, fis-27 ta’ Lulju se jkun hemm il-kantant rinomat Ronan Keating.
Dawn l-artisti se jkunu qed jingħaqdu ma’ diversi artisti lokali, filwaqt li l-pubbliku hu mħeġġeġ jikseb il-biljetti mis-sit www.showshappening.com.
Il-qligħ minn dan il-kunċert, imtella’ taħt il-patronċinju tal-Ministeru għall-Kultura, se jkun qed imur għall-għaqda volontarja ‘Embrace Diversity’.
