Iċ-ċkejken Julian Camilleri ta’ 3 snin wasal lura minn operazzjoni kruċjali li saritlu fl-Amerka.
Julian twieled bil-kundizzjoni magħrufa bħala cerebral palsy li taffetwa l-muskoli tal-ġisem.
Il-Familja ta’ Julian telqu lejn l-Amerka madwar xahar ilu biex issirlu din l-operazzjoni biex twasslu għall-possibilità li jibda jimxi.
Mal-wasla tagħhom fl-ajruport, ommu Tanya Camilleri esprimiet is-sodisfazzjon tal-familja wara li l-operazzjoni ddeskrivietha bħala suċċess. L-omm saħqet li Julian se jiċċelebra jum ta’ twelid ġdid apparti jum twelidu: l-10 ta’ Lulju, il-jum li fih saritlu din l-operazzjoni.