Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi, Julia Farrugia Portelli ngħatat il-premju “Impactful Politics” waqt il-JCI Awards li ttellgħu lbieraħ filgħaxija. Waqt din is-serata Farrugia Portelli ġiet irrikonoxxuta għall-ħidma tagħha b’rabta ma’ inizjattiva personali biex tagħmel seba’ libreriji miftuħa f’numru ta’ rħulha Maltin.
F’messaġġ fuq Facebook, Farrugia Portelli rringrazzjat lil min innominaha u dawk kollha li emmnu fil-proġett li kien jinkludi x-xiri ta’ mijiet ta’ kotba għal dawn il-libreriji li huma b’xejn għall-pubbliku.
Spjegat kif minn ħolma personali saret realtà u kif kienu n-nies stess li ħolmu flimkien magħha u taw mijiet ta’ kotba lura.