“Just let us all up” – hekk kiteb Ludgard Scicluna, missier Judy ta’ 21 sena.
Permezz ta’ Facebook kiteb li t-tifla qed taħdem għoxrin siegħa fil-ġimgħa. Qal li dan hu grazzi għall-Gvern preżenti u Joseph Muscat.
Fi kliemu: “Kieku ma kienx hu, Judy u ħafna oħrajn bi bżonnijiet speċjali kienu jibqgħu d-dar. Barra minn dan saru riformi oħra kbar flimkien ma għajnuniet għal dawn in-nies li żgur li m’għandna qatt narawhom b’kuluri differenti. Jiena missier bħal ħafna ġenituri oħrajn, u meta nara ċerta kitba bla sens, inħoss. Dan mhux dekor tagħna l-Maltin. Mumenti bħal dawn irridu ninsew kull differenza. Jiena pubblikament nahfer lil min ippublika l-blog.”
Dan qalu b’refereza għal meme, fejn il-Prim Ministru ġie mibdul ma’ persuan bid-Downs Syndrome, daqt li kieku xi diżunur. Kuntrarju għal dan, il-Prim Ministru fuq il-Fosos tal-Floriana lbieraħ qal li għamlulu unur, u li jinsab kburi bin-nies kollha ta’ abilitajiet differenti.