Il-judoka maltija Katryna Esposito kisbet punti prezzjużi għall-kwalifikazzjoni olimpika waqt il-Kampjonati tad-Dinja Individwali Seniors 2024 li qed isiru f’Abu Dhabi.
Esposito, li kienet qed tikkompeti fil-kategorija -48kg, irnexxielha tgħaddi mill-ewwel round b’rebħa fuq il-judoka mill-Iżrael Tamar Malca.
Fit-tieni round sabet kontrijha lit-taljana seed numru 1 Scutto, bl-avversarja toħroġ rebbieħa. B’hekk l-avventura ta’ Katryna Esposito intemmet fit-tieni round, biss kisbet punti importanti fit-tentattiv tagħha li tikseb kwalifikazzjoni għal-logħob olimpiku ta’ Pariġi.