James Zahra, membru tal-Judo Elite Squad, dan l-aħħar ikkompeta fl-European Open f’Madrid, li huwa wieħed mill-aħħar avvenimenti ta’ kwalifikazzjoni għall-Logħob Olimpiku. Ikkompetew 371 atleta minn 34 pajjiż. Dan kien ukoll l-aħħar avveniment għar-Referees Olimpiċi li pprattikaw qabel itiru lejn il-Logħob Olimpiku aktar tard ix-xahar id-dieħel.
Bil-240 punt li ġabar dan l-aħħar fil-Kampjonati tad-Dinja, Zahra tela’ fil-lista tal-klassifika u kien it-2 atleta seeded fil-kategorija ta’ taħt is-60 kilo, li kienet ikkontestata minn 29 atleta. Zahra kellu logħba bye fir-rawnd ta’ 32. Fir-rawnd ta’ 16, huwa kkompeta kontra l-Spanjol Lassa Iglesias Javier.
Zahra ħa biss 51 sekonda biex assigura Osaekomi (hold down) u rebaħ b’Ippon (punti sħaħ). Ir-rawnd li jmiss kien il-kwarti tal-finali, u hawn kien kontra Weling Bart mill-Olanda. Il-logħba ħadet 1 minuta 42 sekonda. Zahra kien il-leader ċar li kien tul il-logħba kollha, u tefa’ lil Weling għal ftit drabi. Madankollu, ir-referee ta biss Wazari (nofs punt) għal waħda mix-xeħtiet. Eventwalment Zahra irnexxielu jġiegħel lil Weling jċedi, billi applika strangle, u b’hekk Zahra rebaħ din il-logħba ukoll b’Ippon.
Fis-semifinali, Zahra kien kontra l-Awstrijak Leutgeb Daniel. Leutgeb tefa’ lil Zahra għal Wazari u żammu f’Osaekomi għal Ippon. Eventwalment, Leutgeb kiseb il-midalja tal-fidda. La Zahra kien diġa ikkwalifika għas-semifinali, kien intitolat li jilgħab fir-repechage, u ġġieled direttament għall-bronż. Sfortunatament, James kellu jikkuntenta bil-5 post wara ġurnata mill-aqwa. B’dan ir-riżultat, James telgħa post fil-lista tal-klassifika, issa 67 post.
Tista’ tara l-punti ewlenin tal-logħob ta’ James fuq: https://youtu.be/mNzWgU046uU