Il-FIFA referee tal-Beach Soccer JUDE AMIN UTULU ġie appuntat biex jikkontrolla partiti mill-aħħar fażi tal-21 edizzjoni tal-Euro Beach Soccer League (EBSL) li se jsir bejn is-6 u d-9 ta’ Settembru 2018, f’Sardinja, l-Italja.Dan wara li dan is-sajf, fażijiet tal-EBSL intlagħbu f’hames fazijiet:-
* L-Ewwel Fażi – Baku, Azerbajġan (22 sal-24 ta’ Ġunju)
* It-Tieni Fażi – Nazaré, il-Portugall (06 sat-08 ta’ Lulju)
* It-Tielet Fażi – Moska, ir-Russja (20 sat-22 ta’ Lulju)
* Ir-Raba’ Fażi – Minsk, il-Belarus (03 sal-05 t’Awwissu)
* Il-Ħames Fażi – Warnemünde, il-Ġermanja (24 sas-26 t’Awwissu)
It-timijietli ser jikkompetu f’Sardinja huma:
Superfinal Grupp 1: Spanja, il-Portugall, l-Isvizzera, l-Azerbajġan
Grupp 2: ir-Russja, il-Belarus, l-Ukrajna, l-Italja
Promotion Final Grupp 1: il-Ġermanja, il-Kazakhstan, l-Ungerija, il-Moldova
Grupp 2: l-Ingilterra, il-Bulgarija, ir-Rumanija, in-Norveġja
Il-klassifika finali tal-Euro Beach Soccer League 2018 ser tagħti seba’ postijiet fil-European Olympic Games ta’ Minsk f’Ġunju 2019 – sitta minnhom lill-ewwel sitt teams fis-Superfinal, u l-ieħor lill-aħjar team ta’ Division B fil-Promotion Final. Il-Belarus, bħala l-organizzaturi tal- European Olympic Games, għandhom post diġà.
Fis-Superfinali jsir magħruf it-team rebbieħ globali tal-EBSL 2018; u r-rebbieħ tal-finali l-oħra li tkun saret qabel jiġi promoss għal Diviżjoni A.