Persuni li kienu qegħdin fuq dgħajsa li kienet se teħodhom Kemmuna iltaqgħu ma’ xena ta’ qsiem il-qalb hekk kif sabu fekruna li kienet mweġġa’ hekk kif belgħet sunnara u kienet qed tifga minħabba xlief.
Wieħed mill-persuni saqsa għall-għajnuna fi grupp magħruf ma’ dawn li jħobbu l-annimali f’pajjiżna. Huwa spjega li l-għajnuna ma setgħetx tingħata mal-ewwel hekk kif kienu jinsabu Kemmuna iżda ħadu ħsieb li jdawwru l-fekruna f’xugaman u ngħatat l-assistenza meħtieġa.
B’xorti tajba din il-fekruna ġiet salvata u nħarġet minn ħalq il-mewt. Il-veterinarju qal li l-fekruna se tkun qed tiġi rekoverata għal numru ta’ xhur.