”Ninsab eċitat immens li nħabbar sensiela televiżiva ġdida għal Tenishia bl-isem Slave to the Rhythm” – Hekk kiteb Joven Grech ta’ Tenishia fuq il-mezzi soċjali tiegħu hekk kif ilu għal dawn l-aħħar snin jaħdem fuq proġett televiżiv uniku li se jixxandar minn Jannar 2024 fuq ONE.
Slave to the Rhythm għandha tkun l-ewwel produzzjoni tat-tip tagħha fejn ser toħodna vjaġġ profond mal-istorja personali, pubblika u l-karriera ta’ Joven Grech u fl-istess waqt naraw filmat esklussivi mis-suċċess ta’ DJ Tenishia
”Is-serje se twassal ħajti qabel u wara li nsir DJ globali, tiġbor fiha t-tlugħ u l-inżul, is-sagrifiċċji personali, u esperjenzi ta’ vjaġġar madwar id-dinja li ddefinixxew il-karriera tiegħi. Dan l-isforz fil-produzzjoni ilni snin naħdem fuqu, u li nara dan kollu jingħaqad f’produzzjoni tal-għola livell, hija tassew esperjenza ta’ sodisfazzjon.”
JOVEN GRECHREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Slave to the Rhythm għandha tkun produzzjoni lokali li sservi ta’ ispirazzjoni għal kull tip ta’ artist lokali u biex twassal stampa vera li wara kull suċċess hemm sagrifiċċji kbar.
Intant, Joven se jkun impenjat matul tmiem il-ġimgħa, b’kunċert li ser jarah jingħaqad għal darb’oħra ma’ Cyprian li flimkien kienu bdew id-Duo Tenishia. Dan il-kunċert bis-sehem ta’ bosta artisti oħra ser jittella’ s-Sibt 2 ta’ Settembru f’MonteKristo
Segwi hawn it-trailer uffiċjali ta’ ”Slave to the Rhythm”