Wara żewġ avvenimenti importanti fl-Għid il-Kbir u fil-festa ta’ San Girgor, id-DJ u l-Producer Joven Grech Tenishia ppreżenta donazzjoni ta’ €5,540 lill-YMCA MALTA. Fondi li nġabru b’ġenerożità minn għand dawk kollha li attendew dawn iż-żewġ avvenimenti li hu organizza f’April wieħed fi SmartCity u l-ieħor Marsaxlokk

Il-preżentazzjoni tad-donazzjoni saret fit-30 t’April, fejn Dorothy f’isem YMCA rċeviet din is-somma. Joven Grech irringrazzja lil dawk kollha li kkontribwixxew għas-somma u fuq il-mezzi soċjali tiegħu ħeġġeġ aktar artisti lokali sabiex jinvolvu ruħhom f’inizjattivi bħal dawn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI