Huwa kruċjali ferm li fil-Parlament Ewropew, id-diskussjonijiet dwar l-involviment tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma kollha jiffokaw fuq l-impatt fit-tul tagħhom, u mhux niffokaw biss fl-immedjat biex noħorġu mill-pandemija.
Hekk qalet il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Josianne Cutajar, f’intervent li għamlet waqt konferenza mtella’ mill-MEUSAC dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Dr Cutajar qalet li ħidmietha fil-Parlament Ewropew issa qed tiffoka fuq kif jistgħu jitfasslu pjanijiet aktar fit-tul, partikolarment fejn tidħol stareġija għan-negozju u għal aktar ċentri tal-innovazzjoni diġitali madwar l-istati membri.
Kien spjegat ukoll kif issa l-Kummissjoni Ewropea se talloka mitt biljun ewro għal pjan ta’ kontinwità ta’ Horizon Europe, l-istrateġija uffiċjali tar-riċerka u l-innovazzjoni.