Il-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar inħatret bħala Viċi Ċerpersin tal-Intergrupp Ewroparlamentari SEArica
Dan il-grupp li jiffoka fuq ħidma favur il-gżejjer, l-ibħra, xmajjar u żoni kostali li fih Dr Cutajar se tkun qed tiffoka b’mod partikolari fuq in-Negozji Żgħar u Medji u d-Diġitalizazzjoni.
Permezz ta’ din il-ħidma l-Ewroparlamentari ser tkun qed taħdem fuq politika li tassisti n-negozji Maltin u Għawdxin speċjalment fi żmien il-pandemija.
Fl-ewwel reazzjoni tagħha l-Ewroparlamentari Maltija esprimiet s-sodisfazzjoni tagħha filwaqt li saħqet li ser tkun qed tkompli taħdem għall-politika Ewropea aktar b’saħħitha f’dawn l-oqsma.
Din il-ħatra ser tkun qed tikkumplimenta ħidma oħra li bħalissa qed tagħmel Dr Cutajar fil-fora Ewropea fosthom fuq rapporti tal-Parlament Ewropew u fil-Partit tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi.