Il-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar ġiet appuntata fuq Kumitat importanti
ġdid dwar l-Istrateġija wara l-Pandemija tal-COVID-19.
Din il-ħatra tħabbret fil-Parlament Ewropew fejn ġew stabbiliti tliet kumati ġodda.
Il-kumitat li ser ikun qiegħed janalizza l-effetti tal-pandemija u jħares lejn kif irridu nkomplu mexjin ’il quddiem fl-irkupru mill-pandemija.
Dr Cutajar saħqet li permezz ta’ dan il-kumitat ser tkompli taħdem għal strateġija konkreta fuq livell Ewropew li ser tissarraf f’viżjoni u reżiljenza għall-futur.