Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil iltaqgħu flimkien għal għan wieħed, biex fi tmiem il-ġimgħa joħolqu tbissima.
Bħalissa jinsabu f’Dar San Ġużepp f’Santa Venera fejn qed jimlew il-kaxxi bid-donazzjonijiet li jkunu taw in-nies bi prodotti li se jkunu qed jintbgħatu lil nies li huma iktar fil-bżonn barra minn xtutna.
Il-Prim Ministru waqt li kien għaddej jagħti daqqa t’id f’din il-maratona, bi tbissima qal li dan kollu juri kemm meta ż-żewġ kapijiet jaħdmu flimkien, jitla’ aktar xogħol.
Dan hekk kif il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni bdew jaħdmu flimkien biex dawn il-kaxxi jitlestew u jkunu jistgħu jibdew it-triq tagħhom biex jaslu għand min hu l-aktar fil-bżonn.
Huma appellaw biex in-nies ikomplu jgħinu fil-ġbir ta’ fondi waqt Oħloq Tbissima.