Gvern Laburista għamel bosta rivoluzzjonijiet li qed ilestu lil pajjiżna għall-futur. F’seba’ snin Gvern laburista mmexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat għamel avvanzi kbar li saru fl-edukazzjoni.
Filwaqt li tejjeb l-ambjent tax-xogħol u l-inċentivi biex persuna taħdem, il-Gvern laburista ħadem bis-sħiħ ħalli aktar persuni jibgħu fl-edukazzjoni u biex aktar ħaddiema jtejbu l-ħiliet tagħhom.
Dan jidher fl-ammont ta’ studenti li kienu qed iħallu l-bank tal-iskola li naqas b’5% minn dak tal-2012. Dan minkejja l-qagħda ferm tajba fis-suq tax-xogħol, b’pagi ferm ogħla mill-passat kif ukoll b’employers ifittxu b’mod qawwi l-ħaddiema. Minkejja dan proprozjon dejjem jikber għażel li jkompli jistudja aktar mil-livell mandatorju.
Barra minn hekk iż-żgħażagħ li kienu f’impjieg jew lanqas kienu qegħdin f’edukazzjoni, il-proporzjon kważi naqas bin-nofs, minn 11 fil-mija fl-2012 għal 7 fil-mija fis-sena li għaddiet. B’hekk ir-rata ta’ żgħażagħ inattivi hija terz anqas mill-medja Ewropea. Fl-istess ħin l-ammont ta’ adulti li għażlu li jipparteċipaw b’mod attiv fl-edukazzjoni żdied minn 7% għal 11% matul l-istess perjodu, biex b’hekk Malta laħqet għall-ewwel darba l-medja Ewropea.
Dawn ix-xejriet fissru li ħafna aktar persuni komplew itejbu l-livell ta’ edukazzjoni u l-ħiliet tagħhom. L-istudenti f’edukazzjoni terzjarja tela’ minn kważi 12,000 għal kważi 14,500, żieda ta’ aktar minn 20%.
Gvern Laburista investa miljuni f’iskejjel ġodda u mill-2013 inbnew 6 skejjel ġodda u ġew estiżi jew rinovati aktar minn 20 skola fosthom il-bini ta’ skola ġdida f’Wied il-Għajn.
Kien gvern Laburista mmexxi minn Muscat li ta għall-ewwel darba stipendju lill-istudenti li jeħlu mill-eżamijiet jew li jagħmlu sena addizzjonali fil-kors tagħhom. Din kienet ħolma li sarret realtà għal bosta studenti, xi ħaġa li Gvern preċedenti ma kienx jaqbel magħha.
Il-gvern imexxi minn Joseph Muscat wassal għal qabża ‘l quddiem fl-edukazzjoni. Dan il-legat ta’ għexieren ta’ eluf aktar li għażlu li jkomplu jistudjaw u jtejbu l-ħiliet tagħhom huwa investiment li ser ikun il-bażi tal-ekonomija futura ta’ pajjiżna.