Il-Prim Ministru dalgħodu rrefera għall-aħħar żviluppi fil-każ Skema Pagi PN. Fiż-Żurrieq, Joseph Muscat għamel tliet osservazzjonijiet.
Fakkar li l-Partit Nazzjonalista ordna lil kumpaniji tiegħu joħorġu invoices foloz għal riklami li qatt ma eżistew biex idaħħal il-flus.
Fakkar ukoll li dawn is-suppost riklami kienu għal bziezen tal-Air Malta.
Osserva li t-tieni kumpanija li kienet qed tagħmel is-suppost riklami kienet il-kumpanija li tipprovdi l-ikel fl-isptarijiet.
“Sitwazzjoni ta’ ksur ta’ liġi mill-iktar ċar” sostna Joseph Muscat.
“Jekk il-kap tal-Oppożizzjoni irid jitwemmen, għażla waħda għandu. Jippublika l-invoices foloz li għamel hu u li ordna hu”.