Fi stqarrija ministerjali biex jitkellem dwar l-aħħar laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-ġimgħa li għaddiet, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta se tibqa’ viċin ir-Renju Unit, issa li tħabbret id-data ta’ meta se jibda l-ħruġ minn mal-Unjoni Ewopea.
Malta tokkupa rwol kruċjali bil-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Prim Minsitru qal li issa deċiżjoni ewlenija se tkun hux se jkun hemm ħruġ l-ewwel u wara taħdit dwar relazzjoni ġdida mal-Unjoni Ewropea, inkella jekk iż-żewġ temi hux se jkunu diskussa flimkien.