Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat ppreżenta n-nomina tiegħu għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju li ġej.
Kif diġà ħabbar, il-Prim Ministru se jikkontesta t-tieni u l-ħames distrett.
It-tieni distrett huwa magħmul mill-Birgu, l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, parti mill-Fgura, il-Kalkara u x-Xgħajra. Il-ħames distrett jinkludi Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, Ħal Farruġ, Ħal-Luqa, il-Qrendi, Ħal Safi u ż-Żurrieq.