Mument storiku għall-klabb Sliema Wanderers. Dan hekk kif il-kumpless f’Tigne issa sar id-dar naturali tagħhom. Wara ‘l fuq minn 100 sena, dan il-klabb ingħata titlu uffiċjali. Il-kwistjoni ta’ titlu kienet importanti ħafna. Il-President ta’ Sliema Wanderers esprima wkoll sodisfazzjon għall-introduzzjoni tal-idea ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ faċilitajiet sportivi li stqarr li din se tagħti għajnuna kbira tant li stqarr li b’din il-liġi se jkun qed jiġi salvat il-futbol lokali.
Preżenti kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat li inawgura b’mod uffiċjali dan il-pass fejn qal li hu jinsab kburi li dan huwa parti minn pjan li permezz tiegħu qed inneħħu l-futbol minn dik li tissejjaħ essenzjalment ekonomija sewda għall-sitwazjoni regolarizzata fejn klabbs tal-futbol jikontribwixxu b’mod leġittimu u illeċtu għall-ekonomija. Muscat qal li bdejna billi naqqasna t-taxxa għall-plejers tal-futbol.
Hu sostna li rari kien hemm klabbs li jiddikjaraw id-dħul tal-plejers tagħhom u li l-fatt li tnaqqset it-taxxa wasslet biex l-affarijiet jiġu aktar irregolarizzati. Dan hekk kif il-Gvern dahhal ‘il fuq minn €300,000 f’taxxi u jfisser li l-klabbs jinsabu in regoli mal-fair play tal-UEFA.
Il-Prim Ministru qal li issa wasal iż-żmien għat-tieni pass, dak tal-kummerċjalizazzjoni li sal-lum għandna sitwazzjoni anomala ħafna fejn klabbs ikollom riżorsi li ingħataw lilhom b’ċertu mod li ma kienx leġittimu.
Spjega kif illum qed jaraw li jiehdu dak li hu leġittimu u li l-klabbs qed jagħmlu l-affarijiet b’tali mod li jkunu jistgħu jippjanaw għall-futur. “L-għan irid ikun li klabbs tal-futbol jimxu ‘l quddiem b’mod professjonali li jħallsu aħjar dan sabiex jinġieb talent tajjeb barrani ma’ dak Malti,” qal dan il-Prim Minsitru.
Rigward plejers żgħar tan-nurseries, il-Prim Ministru qal li se jkunu qed jaraw li jieħdu dak li ħaqqhom dan sabiex it-tfal ma jispiċċawx qisom merkanzija; dik li jinbijaw u jinxtraw bi plejers iħallsu l-eluf.