Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu laqa’ lill-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-Politika tal-Viċinat u għal Negozjati dwar it-Tkabbir tal-Unjoni Ewropea, Johannes Hahn, għall-ewwel minn sensiela ta’ żjarat f’pajjiżna.
Fimkien mad-Deputat Prim Ministru Louis Grech, il-Ministru George Vella u r-Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea Marlene Bonnici, Hahn iddiskuta temi relatati mal-presidenza Maltija.
Aktar kmieni Hahn ltaqa’ mal-Ministru Vella u llejla se jipparteċipa fi djalogu fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, bit-tema ‘L-isfidi li niffaċjaw fin-nofsinhar tal-Ewropa.’
Ritratti: Ray Attard