L-eks Prim Ministru, Joseph Muscat, kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija biex meta jkollu l-inkjesta dwar l-isptarijiet isejjaħlu biex iwieġeb id-domandi. Fuq facebook, Joseph Muscat, qal li qed jagħmel dan għaliex m’għandu xejn x’jaħbi.
Joseph Muscat kiteb: “Għaliex m’għandi xejn minn x’hiex niddejjaq milli nkun trasparenti bl-iktar mod asssolut, iktar kmieni llum għadni kif ktibt lill-Kummissarju tal-Pulizija. Għidtlu biex mill-iktar fis possibli u hekk kif appena jkollu, sakemm dan mhux diġa qiegħed għandu, l-konklużjonijiet minn għand l-Avukat Ġenerali tal-inkjesta dwar l-isptarijiet, isejjaħli biex inwieġeb kull domanda li jista jkollu u nuri l-fatti kollha. Kif diġa għidt din hija Egrant oħra.”
Joseph Muscat temm jgħid li din hija vendetta politika kontra tiegħ u u kontra l-familja tiegħu. “Se nibqa’ riżolut li l-verita’ toħroġ,” kiteb Joseph Muscat.