L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika baqa’ jpoġġi lill-Prim Ministru Joseph Muscat bħala l-iktar mexxej fdat. F’dak tal-maltatoday żamm vantaġġ ta’ 5% fuq Simon Busuttil biex b’mod konsisteni Joseph Muscat (43.3%) baqa’ jaspira l-fiduċja ta’ iktar Maltin minn Simon Busuttil (38.5%). Dan inkluż fost dik il-kategorija ta’ votanti magħrufa bħala switchers.
L-istħarriġ ta’ The Malta Independent saħansitra poġġa lil Joseph Muscat f’pożizzjoni iktar b’saħħitha. Għax 52.7% ta’ dawk li wieġbu qalu li jafdaw lil Joseph Muscat u 35.2% qalu li jafdaw lil Simon Busuttil.
Fl-istħarriġ tat-Torċa 44.6% qalu li jafdaw iktar lil Joseph Muscat u 33.2% lil Simon Busuttil.
Interessanti, kif tul il-kampanja elettorali l-Prim Ministru żied il-fiduċja iktar minn Simon Busuttil.
F’dak li għandu x’jaqsam riżultat ta’ partiti għandha stħarriġ it-Times of Malta li qalet li 38.4% iddikjaraw vot lill-Partit Laburista u 28.3% lill-Partit Nazzjonalista. F’dan l-istħarriġ jingħad li hemm ħafna indeċiżi.
Il-maltatoday tgħid li għandha inqas indeċiżi milli kellha qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u baqgħet tirrapporta vantaġġ ta’ 4% favur il-Partit Laburista. Dan b’41.1% għall-Partit Laburista u 36.9% lill-Partit Nazzjonalista.
It-Torċa tgħid li l-Partit Laburista għandu vantaġġ ta’ 8.2%. Fil-fatt tgħid li 53.3% se jivvotaw lill-Partit Laburista u 44.8% lill-Partit Nazzjonalista.
The Malta Independent irrapportat dwar l-indeċiżi iżda ma ppubblikatx id-differenza aħħarija bejn il-partiti kif għamlet fl-aħħar ġimgħat.