L-eks Prim Ministru Joseph Muscat qal li wara stejjer, akkużi u bosta inkjesti tressqu quddiem il-Qorti diversi persuni akkużati b’allegat korruzzjoni fis-settur privat, b’mod partikolari fit-Times.
Irrimarka li dan qed jingħad li sar qabel l-2013, fi żmien Gvern Nazzjonalista.
Qal li hu jistenna li l-ġustizzja tieħu l-kors tagħha.
Dr Muscat saħaq ukoll li hu se jibqa’ jinsisti li ssir ukoll ġustizzja ma’ familtu wara l-gidba Egrant u wara li aktar minn sentejn u nofs ilu, inkjesta Maġisterjali kkonkludiet li l-istorja Egrant kienet iffalsifikata u vvintata.