F’Ta’ Sannat Għawdex, il-Prim Ministru appella għall-għaqda.
Lill-folla numeruża li l-Ħadd filgħodu nġabret biex tisma’ l-messaġġ tiegħu, appellalha biex tagħti l-appoġġ assolut u l-lealtà lill-mexxej ġdid, bħalma se jkun qed jagħmel hu.
Dan biex il-Moviment Laburista jibqa’ b’saħħtu u miexi ’l quddiem.
“Ħa nkun qiegħed nagħti lill-mexxej il-ġdid l-appoġġ ikkundizzjonat tiegħi u nħeġġikom biex inthom tagħmlu l-istess li kull waħda u wieħed minkom jagħmel l-istess.”
Il-Prim Ministru qal li b’differenza għal żmien ilu, illum il-Moviment Laburista qed igawdi l-appoġġ tal-maġġoranza tal-pajjiż.
“Il-Familji Maltin u Għawdxin m’għadhomx maqsumin b’mod illi n-naħħa t’isfel tal-pajjiż forsi jxaqleb aktar lejn il-Partit Laburista u n-naħħa ta’ fuq ixaqqlek aktar lejn il-partit Nazzjonalista, illum kburin li l-pajjiż kollu jxaqleb lejn il-PL u dan il-moviment.”
Dr. Muscat żied jgħid li meta ħa t-tmun tal-Gvern, il-pajjiż kellu defiċit, iżda jinsab kburi li lill-mexxej il-ġdid se jħallilu l-kaxxa ta’ Malta b’saħħitha biex il-flus jitqassmu b’mod għaqli lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.
“Jien għandi x-xorti li ser inkun l-ewwel Prim Ministru Laburista li ħa nkun rekkint għall-poplu, s’issa kif għidtilkom sitt mitt miljun u ċert li minn ġej warajjha ser jieħu ħsiebhom dawk il-flus, ser jonfoq li hemm bżonn u ħa jġemma aktar jekk hemm bżonn ukoll”
Appella biex kull minn jikkwalifika biex jivvota għall-elezzjoni ta’ mexxej Laburista joħroġ u jagħmel dan bi ħġaru ħalli jintwera biċ-ċar kemm id-demokrazija interna fil-partit taħdem.
Il-Prim Ministru rringrazzja lis-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta tax-xogħol siewi tagħhom favur Malta, wara li f’Jum ir-Repubblika ġew mgħajra u mżebilha minn xi nies.
Tenna li għall-iżbalji li saru ser jerfa’ r-responsabilità kollha hu, sabiex il-mexxej ġdid li ġej warajh, jkun jista’ jibda paġna ġdida kemm għall-Partit Laburista kif ukoll għan-Nazzjon Malti