Il-Prim Ministru Joseph Muscat żar ħanut ta’ the Convenience Shop f’Ħaż-Żebbuġ. Hemmhekk sab għadd ta’ residenti jistennew il-wasla tiegħu li malli wasal nfexxew f’ċapċip u oħrajn talbu ritratt miegħu.
Hawn il-Prim Ministru ltaqa’ mat-tmexxija ta’ dawn il-ħwienet mifruxa madwar Malta u Għawdex. Kien spjegat kif il-miżuri li nieda Gvern Laburista favur in-negozji wassal biex isir iktar investiment u ħolqien ta’ impjiegi, tant li fiż-żmien li ġej The Convenience Shop se jkompli jkabbar l-operat tiegħu.
Mat-tmiem din iż-żjara l-folla żgħira li nġabret baqgħet tistenna b’entużjażmu lill-Prim Ministru joħroġ.